IXTRI

  • img-book

    Sherise Zammit

Aqtagħli kurżità (Leħħiet)

ta' : Sherise Zammit

5.99

Out of stock

ISBN: 9789990919035
Qoxra: flashcards
Età: 0-7
Pubblikazzjoni : 2021
Sensiela ta' leħħiet (flashcards) bil-Malti b'kulma jista' jiġi bżonn għalliem u ġenitur Spunti ideali għat-tfal biex jaħsbu, jużaw l-immaġinazzjoni u jiffurmaw opinjonijiet. Das-sett ta’ leħħiet joffri spunti għat-taħdit bil-Malti. Jinkludi wkoll nota b’ideat ta’ kif tista’ tuża l-leħħiet fis-snin bikrin u anki fis-snin aktar avvanzati. Din is-sensiela ġiet ikkreata fuq l-ogħla speċifikazzjonijiet tekniċi, u fiha ċ-ċertifikazzjoni ta' sigurtà f'idejn it-tfal CE. Fl-istess sensiela: L-alfabettAnnimali insetti u għasafarIkelĦwejjeġ u ġugarelli Ibni s-sentenzi   Proġett kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Sherise Zammit iggradwat bħala għalliema tal-primarja. Minn mindu żgħira dejjem kellha għal qalbha l-pinna u kienet tħobb tikteb xi kanzunetta, poeżija jew xi storja qasira. L-ewwel ktieb ippublikat tagħha kien Save Samyo City u bih rebħet il-premju Terramaxka fl-2015. Minn dak iż-żmien ġew ippublikati aktar kotba għall-qarrejja zgħar fosthom Big Books li tqassmu fl-iskejjel bħala riżorsi għall-għalliema. Sherise hija omm u dan jimmotivha sabiex tkompli tikteb aktar stejjer u ssaħħaħ in-numru ta’ kotba b’ilsien Malti.

View Profile
View Pdf