Għaxar ġganti tal-komik Taljan jingħaqdu kollha f’daqqa f’din il-ġabra unika u b’saħħitha biex jgħidu: daqshekk għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Elisa, Sabrina, Roża, Lara, Laura, Ele, Camilla … huma aħna. L-istejjer tagħhom imissuna u jkissruna għax huma wkoll l-istejjer tagħna, ta’ ħutna l-bniet u sħabna t-tfajliet. Xi kultant lanqas biss nindunaw li qed iseħħu taħt il-ponta ta’ mneħirna, inċekknuhom jew saħansitra nxejnuhom. Ma nifhmux għaliex qed iseħħu lilna jew lit-tifla, tfajla, mara ta’ ħdejna għax m’għandniex l-għodod biex nifhmu jew nirreaġixxu, biex nitkellmu u ngħollu leħinna.
U għalhekk twieled dan il-ktieb. Biex ixaqqaq is-silenzju u jimlieh bl-istejjer tagħna, bil-kliem tagħna, bir-rabja u bl-istorbju tagħna jekk hemm bżonn. U forsi, bis-saħħa tagħna, dawn is-sitwazzjonijiet ma jibqgħux iseħħu. Mela, ejja, qum minn hemm int ukoll u … AQLA’ KJASS!
Komik uniku, proġett ideat minn Il Castoro flimkien ma’ Il Collettivo MOLESTE, u fl-edizzjoni bil-Malti b’daħla ta’ Audrey Friggieri, Kummissarju dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru
Għall-adolexxenti minn 15-il sena ’l fuq … sa 99 sena u fuqhom!
“Across nine stories, this book seeks to take on the horrific reality of gender-based violence — specifically addressed to its target audience, teenagers … This beautifully illustrated graphic novel was originally published in Italian under the title Fai Rumore, and was met with critical acclaim for discussing topics relegated to taboo in a direct and realistic, yet still sensitive matter.” — Lovin Malta: A Deeply Graphic Novel: Aqla’ Kjass! Tackles Gender-Based Sexual Violence For a Teenage Audience
“The easy, safe choice would have been to euphemise the strong language in the Italian original, when translating to Maltese … But we wanted to keep intact, as much as possible, the raw language used by the characters in these stories.
“When talking of something as powerful as violence against women, it is one thing to read words about it; quite another to actually see, in pictures, a girl or woman being harassed, placed in an impossible situation or battling the consequences of unwanted attention.”
— An interview with the translator and publisher of Aqla’ kjass! in The Malta Independent on Sunday
“Din hija tema rikorrenti fl-istejjer f’Aqla’ Kjass!: il-weġgħa hi esperjenza estremament personali imma ma jfissirx li t-triq lejn il-fejqan għandek timxiha waħdek … [F’ ‘Ibgħatli la tasal’] li din it-tfajla ma ħassithiex sigura timxi lura d-dar waħidha hija kerha. Agħar minn hekk, però, huwa l-fatt li għaliha sitwazzjoni bħal din hija normali. Kien hemm punt f’ħajjitha fejn aċċettat li minħabba s-sess tagħha se ssib min iħoss li għandu d-dritt jittantaha jew jimportunaha. Din l-aspettattiva skifuża hija parti mill-forma mentis kollettiv u din it-tifla ma tista’ tagħmel xejn dwarha.”
— Reċensjoni minn Noel Tanti fl-Illum: Bniet u tfajliet jaqilgħu kjass