About This Book
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
“Antoinette Borg ħasdet lil kulħadd b’Fittixni. Huwa rari ferm li ssib awtur li jiddebutta b’xogħol ta’ din il-kwalità.” - Noel Tanti
“Daqshekk kulħadd vs Amina. Minn issa ’l quddiem, Amina vs kulħadd.”Kanċell kbir quddiemha. Bagalja wieqfa ħdejha. Amina ntgħażlet biex tipparteċipa fl-ewwel kamp tal-matematika f’Malta. Se tqatta’ sitt ġimgħat wara dak il-kanċell, tipprattika s-suġġett li tħobb, ma’ nies li ma tafhomx. Amina għadha ma tafx li hemm ġew se tidħol f’xebgħa inkwiet. Għad m’għandhiex suspetti li xi ħadd se jinqed bil-kamp għall-iskopijiet sigrieti tiegħu. M’għandhiex idea li se jkollha tirriskja taħrab minn hemm f’nofs ta’ lejl. Hemm ġew Amina se tiskopri żewġ stejjer, waħda ġejja mill-passat, u l-oħra ġejja minn ġo fiha. Meta toħroġ minn wara dak il-kanċell, se tkun Amina differenti.