Availability: In Stock

Amina | eBook

Antoinette Borg
SKU: 9789990918823

6.00

Compare
ISBN: 9789990918823
Qoxra: eBook
Etajiet:
Data tal-pubblikazzjoni : 2018
Numru ta’ paġni : 208
Tags: , , ,

Verżjoni eBook

Innota li m’intix qed tixtri ktieb stampat. Qed tixtri ktieb elettroniku (ebook) li tista’ taqra fl-app tagħna għall-mowbajl u t-tablet (iOS jew Android). L-istruzzjonijiet biex tniżżel l-app issibhom fl-email ta’ konferma li tirċievi wara li tagħmel l-ordni. Jekk jogħġbok uża l-istess email kemm biex tixtri l-ebook kemm biex tirreġistra għall-app.

 

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

“Antoinette Borg ħasdet lil kulħadd b’Fittixni. Huwa rari ferm li ssib awtur li jiddebutta b’xogħol ta’ din il-kwalità.”  – Noel Tanti

 

“Daqshekk kulħadd vs Amina. Minn issa ’l quddiem, Amina vs kulħadd.”

Kanċell kbir quddiemha. Bagalja wieqfa ħdejha.

Amina ntgħażlet biex tipparteċipa fl-ewwel kamp tal-matematika f’Malta. Se tqatta’ sitt ġimgħat wara dak il-kanċell, tipprattika s-suġġett li tħobb, ma’ nies li ma tafhomx.

Amina għadha ma tafx li hemm ġew se tidħol f’xebgħa inkwiet. Għad m’għandhiex suspetti li xi ħadd se jinqed bil-kamp għall-iskopijiet sigrieti tiegħu. M’għandhiex idea li se jkollha tirriskja taħrab minn hemm f’nofs ta’ lejl.

Hemm ġew Amina se tiskopri żewġ stejjer, waħda ġejja mill-passat, u l-oħra ġejja minn ġo fiha.

Meta toħroġ minn wara dak il-kanċell, se tkun Amina differenti.

Nirrakkomandaw