IXTRI

  • img-book

    Charles Casha

Ali Kali/Mammaroka

ta' : Charles Casha

4.50

Kopji:
ISBN: 9789990912408
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Pubblikazzjoni : 2004
Paġni : 144

Dawn l-istejjer huma maħsuba għall-qarrejja ta’ bejn id-disa’ snin u t-tnax-il sena, imma dawk ta’ età kbira li jixtiequ jġeddu t-tfulija tagħhom żgur li jieħdu gost bihom.

Ali Kali hija l-ġrajja ta’ żagħżugħ li kien dejjem joħlom li xi darba jiżżewweġ l-isbaħ tfajla tad-dinja. Wara li jirnexxilu jikxef fejn kienet il-moħba tal-ħallelin tal-foresta, huwa jpartat xkora deheb, fidda u ħaġar prezzjuż ma’ żerriegħa li skont Sinbad kellha twasslu biex jaqta' din ix-xewqa li kellu …

Mammaroka s-sindku ta’ belt fejn kollox jidher li sejjer tajjeb. Bintha Qronflina tħobb lil Sandolino, l-iskarpan tal-belt. Mammaroka ma tridx li bintha tiżżewweġ skarpan u għalhekk ma tkunx trid li bintha tkellem jew tiltaqa’ ma’ Sandolino. Imma dan mhux l-uniku inkwiet li għandha s-sindku. Matul is-snin il-ġrieden fil-belt invadew il-belt kollha u n-nies qed teħodha kontra Mammaroka għax bħala sindku ma kienet qegħda tagħmel xejn biex teqred dawn il-ġrieden. Għalhekk Mammaroka tibgħat lil Petifera, is-segretarja tagħha, biex tipprova ssib lil xi ħadd li jkun jista’ jeħlishom mill-ġrieden. Din terġa’ lura wara ftit u magħha ġġib lil wieħed xiħ li jkun lest li jeqred il-ġrieden basta jagħtuh l-imħabba ta' Qronflina …

Charles Casha kittieb prolifiku Ii beda jikteb fil-bidu tas-sittinijiet. Fl-1967 ħoloq Fra Mudest, mequs bħala ikoniku fil-letteratura Maltija. Fil-kitba għat-tfal Casha għaqqad iż-żewġ kompetenzi (għalliem u awtur) biex ta kontribut kbir f’dan il-ġeneru. Fil-kitba għall-adulti jispikka l-element soċjali fejn il-karattri jirriflettu t-tiġrib personali u kollettiv. Il-poeżiji tiegħu huma konċiżi, b’diversi temi, fosthom l-ispiritwalità, l-eżistenza u l-imħabba. “F’għeluq snini nibni sular ieħor fuq it-Torri ta’ Pisa.”
View Profile
View Pdf