Parti mis-sensiela “Tikka” għall-Malti fil-primarja
Sensiela ġdida għall-qari bil-Malti, imfassla tematikament u torbot ma’ Tikka Malti. Is-sensiela kollha hi miġbura f’livelli differenti, ilkoll gradati skont kriterji ċari u utli għall-għalliema.
Ir-ramel huwa isfar. Il-merill huwa ikħal … u s-sema?
Agħlaq għajnejk. X’qed tara?
Issa iftaħhom u …
It-tema ta’ dan il-ktieb: Il-kuluri (minn Tikka Malti 2b)
Clare Azzopardi
Wara 25 sena tgħallem il-letteratura Maltija, Clare Azzopardi ddeċidiet li titlaq kollox u tibda kapitlu ġdid. Ma tafx kemm se jkun twil dal-kapitlu, u lanqas jimpurtaha wisq dment li qed tiktbu hi. L-importanti li magħha hemm Albert, karattru importanti ħafna fl-istorja ta’ ħajjitha; l-importanti li hemm il-kotba tal-kittieba li tħobb (sintendi ma tistax iġġorrhom kollha, imma ġa ġarret ħafna); l-importanti li hemm is-siġar ħodor u kbar qishom ġganti; ir-russetti u ċ-ċikonji bla ebda biża’ li jaqilgħu tir; l-importanti li hemm is-skiet u ftit li xejn krejnijiet.
clareazzopardi.comritratt meħud minn Giola CassarAra aktar
Rachel Portelli
Xi snin ilu, Rachel Portelli refgħet u telqet mill-karriera ta’ fiżjoterapista l-isptar biex tfittex xogħol iżjed kreattiv. Il-kreattività sabitha fid-dinja tal-kotba. U minn dakinhar, kif jgħidu, qatt ma ħarset lura.
Fost il-ħafna rwoli li kopriet s’issa, kien hemm l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tal-kotba għall-tfal, konsulenza fuq kotba tal-iskola, kordinazzjoni tal-maġġorparti mill-kotba tal-iskola ppubblikati mill-Merlin, u anki kitba u addattamenti għall-Malti ta’ testi għaċ-ċkejknin nett. Rachel hija l-oażi ta’ kalma x-xogħol, possibbilment riżultat tal-ħiliet organizzattivi tagħha … jew inkella ġejja mill-imħabba tagħha għall-ġardinaġġ. Ara aktar