IXTRI

  • img-book

    Adrian Muscat, Charles Daniel Saliba,

Aċċess (3 ED.)

ta' : Adrian Muscat, Charles Daniel Saliba

9.95

Kopji:
ISBN: 9789990914740
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14, 13-18
Pubblikazzjoni : 2006
Paġni : 200
About This Book
Grammatika għall-eżami taċ-ĊES fil-livell ordinarju Dan il-ktieb qiegħed imfassal apposta biex jgħinek u jiggwidak kif għandek tipprepara u tistudja għall-eżami taċ-ĊES. Ktieb bin-noti u b'eżerċizzji varji tal-grammatika, li jkopri s-sillabu tal-klassijiet kollha tas-Sekondarja u tal-Liċej u s-sillabu taċ-ĊES. Fih jinkludi: - noti tal-grammatika - eżerċizzji varji ta' livelli differenti - sistema t'awtoassessjar biex tara fhimtx - spjegazzjoni tas-sezzjonijiet kollha tal-karti taċ-ĊES - pjan kif tqassam il-ħin għall-eżami biex tlaħħaq - sezzjoni fuq l-oral u gwida kif għandek twieġeb - sezzjoni fuq l-iżbalji l-aktar komuni tal-istudenti - punti kif tagħmel reviżjoni aħjar

Adrian Muscat studja l-Malti fl-Università ta’ Malta u għallem f’diversi skejjel sekondarji, lill-adulti, kif ukoll fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Bħalissa jgħallem il-Malti fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi. Kiseb ukoll ċertifikat fil-Qari tal-Provi fil-Malti waqt li bħalissa qiegħed jistudja fil-livell ta’ Masters fl-Istudji dwar Malta. Flimkien ma’ Charles Daniel Saliba huwa ppubblika għadd ta’ kotba għall-istudenti tal-Malti f’diversi livelli.

View Profile
Charles Daniel Saliba jgħallem il-letteratura u l-lingwistika fl-istitut postsekondarju Sir M. A. Refalo. Huwa wkoll lettur fl-MCAST u practicum visitor mal-Istitut għall-Edukazzjoni Saliba ppubblika ’l fuq minn 40 ktieb fuq il-lingwa u l-kultura Maltija. Hu jispeċjalizza fit-tagħlim tal-Malti għall-barranin.
View Profile
View Pdf