IXTRI

-
Mark Camilleri, Carmel G. Cauchi, Pierre J. Mejlak, Mario Azzopardi, Trevor Żahra, Simon Bartolo, Loranne Vella, Ġużè Stagno, Charles Casha, Clare Azzopardi,
45
ta' : Mark Camilleri, Carmel G. Cauchi, Pierre J. Mejlak, Mario Azzopardi, Trevor Żahra, Simon Bartolo, Loranne Vella, Ġużè Stagno, Charles Casha, Clare Azzopardi€19.00

Mark Camilleri ilu jgћallem gћal dawn l-aћћar tnax-il sena fejn fil-preżent huwa gћalliem fi skola primarja tal-Istat. Bejn pitazz u ieћor jirnexxielu jsib ċans jikteb regolarment rumanzi jew novelli polizjeski inkella xi xogћol gћal kotba tat-tfal. Fl-2009 kellu l-ewwel storja qasira, Gallo, ippubblikata fil-kollezzjoni 45 li fiha introduċa mal-qarrejja lill-Ispettur Victor Gallo. Sena wara kien imiss Prima Facie – ir-rumanz debut tiegћu – li fih laqqagћna mill-ġdid mal-Ispettur aktar fil-fond u li minnu twieled l-ewwel book video li qatt sar Malta.

Carmel G. Cauchi hu msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Università) u fl-Akkademja tal-Malti. Kien bosta drabi ppremjat f’konkorsi letterarji u ngħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż Città di Valletta għall-poeżija fl-1986. Għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali fil-Festival ta’ Drama għall-Iskejjel. Għal erba’ darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

Pierre J. Mejlak huwa magħruf l-aktar għall-antoloġija tiegħu Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid (Having said goodnight), li biha rebaħ il-Premju Unjoni Ewropea għal-Letteratura fl-2014 u li ġa ġiet tradotta f’għaxar lingwi. Il-kitbiet tiegħu ispiraw sensiela televiżiva, film qasir u numru ta’ xogħlijiet teatrali. Fil-ħin liberu tiegħu, iħobb jilgħab it-table tennis u jemmen li t-top spins tiegħu għandhom potenzjal.


Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947. Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn! Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex? Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa. S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

Simon Bartolo iħobb l-ikel, il-qtates, ix-xita, il-Milied, u l-mużika. Imma l-iktar li jħobb huma l-kliem. Jaffaxina ruħu jqiegħed il-kliem ħdejn xulxin biex jibni s-sentenzi u mbagħad ipoġġi s-sentenzi wara xulxin biex jifforma ktieb jew dramm. Wara li ġab il-Masters ħadem bħala għalliem għal 10 snin u mbagħad telaq minn Malta biex jaħdem bħala traduttur. Kiteb u ddirieġa ħafna bċejjeċ teatrali mal-grupp tiegħu stess Aleateia u issa jqatta’ ħinu jikteb il-kotba kif ukoll għall-palk. Simon issa jgħix Wied il-Għajn.



