IXTRI
Kategoriji
X

-
Clare Azzopardi
4.mt
ta' : Clare Azzopardi€17.00
ISBN:
9789990914436
Kategorija:
Kotba tal-iskola, Sale
Qoxra:
paperback
Età:
9-14, 13-18
Illustratur:
Lisa Falzon
Pubblikazzjoni : 2013
Paġni : 136
About This Book
4.mt huwa r-raba' ktieb fis-serje .mt magħmul għall-istudenti tar-raba' u l-ħames sena fis-sekondarja. Bħall-kotba l-oħra fi ħdan l-istess serje, kull taqsima titlaq minn storja jew silta, minn ġrajja, aħbar, ittra jew argument. Uħud huma miktubin apposta għal dan il-ktieb minn kittieba magħrufa bħal Adrian Grima, Pierre J. Mejlak, Immanuel Mifsud u Trevor Żahra. Kitbiet oħra huma adattati minn kotba differenti. It-temi jvarjaw bħalma jvarjaw il-ġeneri. Marbut ma' kull silta hemm sett ta' mistoqsijiet li għandhom iqanqlu diskussjoni u riflessjoni. Kull taqsima għandha tgħin lill-istudenti fil-ħiliet tal-qari (permezz tat-taħriġ il-fehem), it-taħdit (permezz tad-diskussjoni u l-preżentazzjoni fil-klassi), is-smigħ (permezz tal-podcasts) u l-kitba. Apparti hekk, it-taqsimiet għandhom ukoll iqajmu interess għall-għarfien kulturali li jmur lil hinn minn dak ta' pajjiżna, kif ukoll għall-għarfien grammatikali, sintattiku u ortografiku.
Ktieb bħal dan l-istudenti se jsibuh utli u filwaqt li se jkun qed jgħinhom jitħarrġu għall-eżami taċ-ĊES, iqanqal fihom ukoll l-imħabba lejn il-lingwa tagħna.
ISBN: 9789990914436
Illustratur: Lisa Falzon
Pubblikazzjoni: 2013
Paġni: 136

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra.
clareazzopardi.com
View Profile
Nirrakkomandaw