Shop

  • img-book

    Clare Azzopardi

4.mt

by : Clare Azzopardi

17.00

Quantity:
ISBN: 9789990914436
Category: ,
Cover: paperback
Age: 9-14, 13-18
Illustrator: Lisa Falzon
Publication Date : 2013
Page Count : 136
4.mt huwa r-raba' ktieb fis-serje .mt magħmul għall-istudenti tar-raba' u l-ħames sena fis-sekondarja. Bħall-kotba l-oħra fi ħdan l-istess serje, kull taqsima titlaq minn storja jew silta, minn ġrajja, aħbar, ittra jew argument. Uħud huma miktubin apposta għal dan il-ktieb minn kittieba magħrufa bħal Adrian Grima, Pierre J. Mejlak, Immanuel Mifsud u Trevor Żahra. Kitbiet oħra huma adattati minn kotba differenti. It-temi jvarjaw bħalma jvarjaw il-ġeneri. Marbut ma' kull silta hemm sett ta' mistoqsijiet li għandhom iqanqlu diskussjoni u riflessjoni. Kull taqsima għandha tgħin lill-istudenti fil-ħiliet tal-qari (permezz tat-taħriġ il-fehem), it-taħdit (permezz tad-diskussjoni u l-preżentazzjoni fil-klassi), is-smigħ (permezz tal-podcasts) u l-kitba. Apparti hekk, it-taqsimiet għandhom ukoll iqajmu interess għall-għarfien kulturali li jmur lil hinn minn dak ta' pajjiżna, kif ukoll għall-għarfien grammatikali, sintattiku u ortografiku. Ktieb bħal dan l-istudenti se jsibuh utli u filwaqt li se jkun qed jgħinhom jitħarrġu għall-eżami taċ-ĊES, iqanqal fihom ukoll l-imħabba lejn il-lingwa tagħna.

ISBN: 9789990914436
Illustrator: Lisa Falzon
Publication Date: 2013
Page Count: 136

  • Reviews(0)
  • Clare Azzopardi  lives in a 400-year old house. She spends a lot of time reading and writing stories for children and adults, unless she’s teaching, that is. She is the Head of Department of Maltese at Junior College. Her books have won several awards and her work has been translated into other languages. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf