IXTRI

  • img-book

    Sharon Micallef Cann

4.mt Xogħol għad-Dar

ta' : Sharon Micallef Cann

9.95

Kopji:
ISBN: 9789990914443
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14, 13-18
Pubblikazzjoni : 2013
Paġni : 80
4.mt Xogħol għad-Dar huwa l-aħħar ktieb fis-serje .mt. Dan il-ktieb huwa adattat għall-istudenti tar-raba' sena fis-sekondarja u anki għal dawk l-istudenti li jridu jagħmlu reviżjoni tal-iktar punti importanti tal-grammatika. Fost il-punti grammatikali hemm il-forom tal-verbi, il-partiċipju attiv u passiv u l-pronomi diretti u indiretti. Kull taqsima għandha 10 eżerċizzji varjati ħafna. Uħud minnhom ħfief u oħrajn jirrikjedu ftit iktar taħbil il-moħħ. Xi eżerċizzji jitilqu minn storja miktuba jew magħżula apposta għal dan il-ktieb, oħrajn jitilqu minn logħba. Fih ħafna ħidma, imma nispera li l-istudenti ma jaqtgħux qalbhom mal-ewwel intopp iżda jiħduh bħala sfida li bi ftit paċenzja u ħafna rieda jagħrfu jegħlbuha. 4.mt Xogħol għad-Dar huwa għodda tajba għal dawk l-istudenti kollha li jixtiequ jkomplu jsaħħu l-lingwa nattiva tagħhom.

Sharon Micallef Cann tgħallem il-Malti fl-Iskola Ewropea ta’ Brussell. Awtriċi ta’ 1.mt Xogħol għad-Dar, ta’ 2.mt Xogħol għad-Dar, ta’ 3.mt Xogħol għad-Dar u ta’ 4.mt Xogħol għad-Dar. Hija kordinatriċi u editriċi ta’ bosta proġetti fl-iskejjel. Fl-2011, sa qabel ma marret Brussell, kienet inħatret bħala Kap tad-Dipartiment tal-Malti mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn ħadmet fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwa Maltija ma’ studenti li għandhom il-Malti bħala l-ewwel lingwa, kif ukoll ħadmet fil-qasam tat-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija ma’ studenti li għalihom il-Malti mhuwiex l-ewwel lingwa.

View Profile
View Pdf