IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi

3.mt

ta' : Clare Azzopardi

17.00

Kopji:
ISBN: 9789990914160
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Lisa Falzon
Pubblikazzjoni : 2012
Paġni : 132
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 3.mt huwa t-tielet ktieb fis-serje .mt magħmul għall-istudenti tat-tielet sena fis-sekondarja Bħall-kotba l-oħra tal-istess serje, kull taqsima titlaq minn storja jew rakkont, minn ġrajja, aħbar jew argument. Uħud huma miktubin apposta għal dan il-ktieb u xi ftit oħra huma meħuda minn kotba differenti. It-temi jvarjaw bħalma jvarjaw il-ġeneri. Marbut ma' kull silta hemm sett ta' mistoqsijiet li għandhom iqanqlu diskussjoni u riflessjoni. Kull taqsima (tmienja b’kollox) se tgħin lill-istudenti fil-ħiliet tal-qari (permezz tat-taħriġ il-fehem), tat-taħdit (permezz tad-diskussjoni u l-preżentazzjoni fil-klassi), tas-smigħ (permezz tal-podcast) u tal-kitba. Apparti hekk, it-taqsimiet għandhom ukoll iqajmu interess għall-għarfien kulturali li jmur lil hinn minn dak ta’ pajjiżna, kif ukoll għall-għarfien grammatikali, sintattiku u ortografiku. Dan il-ktieb għandu jgħin lill-istudenti jżommu portfoljo tal-Malti, bil-kitbiet tagħhom, bil-poeżiji, bil-mistoqsijiet u t-tweġibiet, bir-riċerka dwar topiks kulturali u topiks għad-diskussjoni, bl-eżerċizzji grammatikali, bir-riflessjonijiet u l-ideat tagħhom rigward it-tagħlim tal-lingwa nattiva.

ISBN: 9789990914160
Illustratur: Lisa Falzon
Pubblikazzjoni: 2012
Paġni: 132

  • Reċensjonijiet(0)
  • Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf