IXTRI

  • img-book

    Sharon Micallef Cann

3.mt Xogħol għad-Dar

ta' : Sharon Micallef Cann

9.95

3-for-2 on your favourite books! Buy 2 books, get the 3rd one FREE!
Kopji:
ISBN: 9789990914177
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Pubblikazzjoni : 2012
Paġni : 88
3.mt Xogħol għad-Dar huwa maħsub għal dawk l-istudenti li għandhom għal qalbhom il-grammatika Maltija. Dawn l-eżerċizzji jitilqu kollha minn spunti grammatikali fil-ktieb 3.mt. It-topiks trattati f’dan il-ktieb huma dawn: l-istat kostrutt, in-nomi astratti, in-nomi diminuttivi, in-nomi mimmati, in-nomi tal-aġent u tal-pazjent, il-verbi tal-ewwel dorma, tat-tieni forma, tat-tielet forma, tal-ħames forma u tas-sitt forma, il-verbi mnisslin. Kull taqsima għandha fiha 10 eżerċizzji varjati ħafna. Permezz ta’ dan il-ktieb l-istudenti se jieħdu gost jaħdmu l-eżerċizzji tal-grammatika filwaqt li jaqraw stejjer u poeżiji interessanti miktuba apposta għal dan il-ktieb. 3.mt Xogħol għad-Dar huwa maħsub għall-istudenti tat-tielet sena tal-iskejjel tas-sekondarja u l-attivitajiet kollha huma xierqa għall-istudenti biex ikomplu jsaħħu l-lingwa nattiva tagħhom.

Sharon Micallef Cann tgħallem il-Malti fl-Iskola Ewropea ta’ Brussell. Awtriċi ta’ 1.mt Xogħol għad-Dar, ta’ 2.mt Xogħol għad-Dar, ta’ 3.mt Xogħol għad-Dar u ta’ 4.mt Xogħol għad-Dar. Hija kordinatriċi u editriċi ta’ bosta proġetti fl-iskejjel. Fl-2011, sa qabel ma marret Brussell, kienet inħatret bħala Kap tad-Dipartiment tal-Malti mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn ħadmet fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwa Maltija ma’ studenti li għandhom il-Malti bħala l-ewwel lingwa, kif ukoll ħadmet fil-qasam tat-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija ma’ studenti li għalihom il-Malti mhuwiex l-ewwel lingwa.

View Profile
View Pdf