IXTRI

  • img-book

    Clare Azzopardi

2.mt

ta' : Clare Azzopardi

17.00

Kopji:
ISBN: 9789990913781
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Illustratur: Lisa Falzon
Pubblikazzjoni : 2011
Paġni : 128
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2.mt huwa t-tieni ktieb fis-serje .mt maħsub għall-istudenti tat-tieni sena tas-sekondarja Kull taqsima titlaq dejjem minn storja jew rakkont, email, poeżija jew argument. It-temi jvarjaw bħalma jvarjaw il-ġeneri: ir-rakkont fil-preżent, id-deskrizzjoni ta' persuna, il-kitba ta' email u blogg, l-istorja umoristika, il-kitba ta' aħbar u rapport, il-kitba argumentattiva u r-riċensjoni ta' ktieb. Mit-test, joħorġu mistoqsijiet differenti li jqanqlu diskussjoni u riflessjoni. Testi differenti se jgħinu lill-istudenti fil-ħiliet tal-qari, tat-taħdit, tas-smigħ u tal-kitba. Imma kull taqsima tqajjem l-interess għal diskussjonijiet fil-klassi jew fid-dar, għall-għarfien kulturali li jmur lil hinn minn dak ta' pajjiżna, kif ukoll għarfien grammatikali, sintattiku u ortografiku. 2.mt għandu jgħin lill-istudenti jaħsbu b'mod kritiku fuq dak li jaqraw, jiddiskutu, jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, jiktbu, iżommu portfoljo tal-Malti u jieħdu gost waqt il-lezzjonijiet tal-Malti.

ISBN: 9789990913781
Illustratur: Lisa Falzon
Pubblikazzjoni: 2011
Paġni: 128

  • Reċensjonijiet(0)
  • Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra. clareazzopardi.com
    View Profile
    View Pdf