IXTRI

  • img-book

    Sharon Micallef Cann

2.mt Xogħol għad-Dar

ta' : Sharon Micallef Cann

9.95

Kopji:
ISBN: 9789990913798
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: 9-14
Pubblikazzjoni : 2011
Paġni : 94
2.mt: Xogħol għad-Dar huwa maħsub għal dawk l-istudenti li għandhom għal qalbhom il-grammatika Maltija. Dawn l-eżerċizzji jitilqu kollha minn spunti grammatikali fil-ktieb 2.mt. It-topiks trattati f'dan il-ktieb huma l-għadd tan-nom; il-pronomi magħżulin u l-pronomi mehmużin; il-verbi ewlenin u mnisslin, trilitteri u kwadrilitteri, il-verbi sħaħ u dgħajfin; il-verbi ta' nisel barrani; u n-negattiv. Kull taqsima għandha fiha 10 eżerċizzji varjati ħafna. Permezz ta' dan il-ktieb l-istudenti se jieħdu gost jaħdmu l-eżerċizzji tal-grammatika filwaqt li jaqraw stejjer u poeżiji interessanti miktuba apposta għal dan il-ktieb. 2.mt: Xogħol għad-Dar huwa maħsub għall-istudenti tat-tieni sena tal-iskejjel tas-sekondarja. L-attivitajiet kollha jgħinu lill-istudenti jkomplu jsaħħu l-lingwa tagħhom.

Sharon Micallef Cann tgħallem il-Malti fl-Iskola Ewropea ta’ Brussell. Awtriċi ta’ 1.mt Xogħol għad-Dar, ta’ 2.mt Xogħol għad-Dar, ta’ 3.mt Xogħol għad-Dar u ta’ 4.mt Xogħol għad-Dar. Hija kordinatriċi u editriċi ta’ bosta proġetti fl-iskejjel. Fl-2011, sa qabel ma marret Brussell, kienet inħatret bħala Kap tad-Dipartiment tal-Malti mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn ħadmet fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwa Maltija ma’ studenti li għandhom il-Malti bħala l-ewwel lingwa, kif ukoll ħadmet fil-qasam tat-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija ma’ studenti li għalihom il-Malti mhuwiex l-ewwel lingwa.

View Profile
View Pdf