IXTRI

  • img-book

    Trevor Żahra

15-il Numru

ta' : Trevor Żahra

11.00

Out of stock

ISBN: 9789990913163
Kategorija: ,
Qoxra: paperback
Età: adults
Pubblikazzjoni : 1977
Paġni : 368
Rumanz kult li sab postu fl-istorja tal-letteratura Maltija - misteru, allegorija, fejn il-qarrej jindaga u jfittex u jilgħab il-logħba li ħejjielu l-awtur "Il-kumpanija MASKRI tippreżenta Ħmistax-il Numru - kummiedja, farsa u traġedja miktuba min-Natura Umana, produzzjoni u direzzjoni tad-Destin u ppreżentata bil-permess u bil-koperazzjoni tad-Dipartiment tal-Ħajja" Wara l-umoriżmu ta' Is-Surmast, l-analiżi f'Taħt il-Weraq tal-Palm u l-immaġinazzjoni ta' Ħdejn in-Nixxiegħa, Trevor Żahra jressqilna quddiemna ħmistax-il karattru li, bil-maskra f'wiċċhom, isiru 15-il numru.

Trevor Żahra fettillu jitwieled fis-16 ta’ Diċembru 1947.  Ma nafux jekk hux veru li kiteb l-ewwel rumanz tiegħu meta kellu xahrejn!  Hu x’inhu, aktar faċli tipprova ssib x’ma kitibx, milli x’kiteb: stejjer għat-tfal, workbooks, poeżiji, rumanzi, novelli, drammi, monologi. U x’ma pinġiex?  Biżżejjed insemmu Stampakelma li għalih pinġa ’l fuq minn elf stampa.  S’issa diġà għandu kotba ppubblikati Franza, ir-Russja u n-Norveġja. trevorzahra.com

View Profile
View Pdf