IXTRI
Kategoriji
X

-
Clare Azzopardi
1.mt
ta' : Clare Azzopardi€17.00
ISBN:
9789990913583
Kategorija:
Kotba tal-iskola, Sale
Qoxra:
paperback
Età:
9-14
Illustratur:
Lisa Falzon
Pubblikazzjoni : 2010
Paġni : 136
About This Book
1.mt huwa l-ewwel ktieb fis-serje .mt - magħmul apposta għall-istudenti tal-ewwel sena fis-sekondarja.
Kull taqsima f'dan il-ktieb titlaq dejjem minn storja li minnha joħorġu l-mistoqsijiet għar-riflessjoni u għad-diskussjoni. L-istejjer differenti għandhom jgħinu lill-istudenti fil-ħiliet tal-qari, tat-taħdit, tas-smigħ u tal-kitba, kif ukoll iqajmu l-interess għall-għarfien kulturali, grammatikali u ortografiku. Permezz ta' dan il-ktieb l-istudenti jistgħu jżommu portfoljo bil-kitbiet tagħhom, bil-poeżiji, bil-mistoqsijiet u t-tweġibiet, bir-riċerka dwar topiks varji, bl-eżerċizzji grammatikali, bir-riflessjonijiet u l-ideat tagħhom rigward it-tagħlim tal-lingwa.
1.mt għandu jgħin lill-istudenti jaħsbu b'mod kritiku fuq dak li jaqraw, jiddiskutu, jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, jiktbu u jieħdu gost fil-klassi tal-Malti.
ISBN: 9789990913583
Illustratur: Lisa Falzon
Pubblikazzjoni: 2010
Paġni: 136

Clare Azzopardi tgħix ġo dar antika 400 sena. Tqatta’ ħafna ħin taqra u tikteb l-istejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, sakemm ma tkunx qed tgħallem. Hija l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Junior College. Rebħet ħafna premjijiet bil-kotba tagħha u ħafna mix-xogħol tagħha ġie maqlub f’lingwi oħra.
clareazzopardi.com
View Profile
Nirrakkomandaw