Liċenzji għal użu diġitali

Liċenzji għal użu diġitali

Kif ovvjament tafu, l-iskenjar (scanning) minn kotba għall-użu fuq interactive whiteboard jeħtieġ liċenzja minħabba liġijiet tal-copyright, u kull skenjar u użu fi klassi mingħajr liċenzja huwa ksur tal-copyright u d-drittijiet tal-awtur.

Għal ħafna mill-pubblikazzjonijiet edukattivi Merlin, jistgħu jinxtraw liċenzji apposta li jagħtu permess lill-iskola inkwistjoni biex tuża PDFs tal-kotba fuq l-interactive whiteboards tagħha.

Għal min jixtieq jużahom, aħna nistgħu ngħinukom tużaw il-whiteboards anki għal-lezzjonijiet tal-Malti billi ntukom aċċess u liċenzja għal pubblikazzjonijiet Merlin f’format PDF.

L-ispejjeż għal tali liċenzji żammejniehom minimi. Liċenzja tagħti l-permessi legali meħtieġa lil klassi biex tuża l-PDF kemm tixtieq u għal kemm żmien tixtieq.

Preżentement il-liċenzji Merlin huma ħlas ta’ darba għal kull titlu. Nistgħu noffru din il-liċenzja fuq prattikament kull ktieb tal-iskola Merlin, u l-unika kondizzjoni għax-xiri tal-liċenzja hi li t-tfal fil-klassi jkollhom diġà kopja stampata tal-ktieb kull wieħed.

Hemm ukoll rati speċjali għal skejjel li jixtiequ liċenzji multipli biex ikopru iżjed minn klassi waħda fl-istess sena.

Għal iktar informazzjoni

NameEmail
Contact NumberName of School
Additional Information or comments