L-ewwel ktieb Nitgħallem Nikkonċentra 1, hu maħsub għat-tfal bejn is-5 u 8 snin, u t-tieni ktieb Nitgħallem Nikkonċentra 2, hu addattat għat-tfal bejn id-9 u 11-il sena.
Huwa importanti li dawn l-eżerċizzji jsiru mal-adulti fejn hu possibbli, u li jsiru ta’ spiss, bħala xi ħaġa normali li nagħmlu ta’ kuljum. Li tieqaf tisma’, tkun taf kif tuża n-nifs tiegħek stess u s-silenzju biex tikkalma, li taprezza t-togħmiet kollha tal-ikel, il-kuluri u l-forom tan-natura, li tkun konxju mill-affarjiet li jagħmluk kuntent u oħrajn li jagħmluk nervuż huma ħiliet li jgħinu kemm lil kbar, kif ukoll lit-tfal. Huma ħiliet li jagħmluk aktar seren. Anke meta l-affarjiet ma jmorrux kif nixtiequ, anke meta jkollna ħafna problemi, nistgħu insibu s-serenità fil-ħajja. Huwa importanti li napprezzaw l-affarjiet tajbin kollha li għandna, imbiddlu dak li nistgħu u naċċettaw dak li ma nistgħux. Ma tistax tbiddel il-passat billi tinkwieta fuqu, u l-futur mhux se jkun isbaħ jekk toqgħod tewdhen fuq l-affarjiet li jistgħu jiġru.
Gawdi l-mument li qed tgħix fih – issa.
Eżerċizzju ħafif
Għandek bżonn : Ċikkulatina magħluqa fl-karta tagħha stess.
Issa igdem u gawdi ċ-ċikkulatina, jew inkella ħalliha ddub bil-mod.
Aqra wkoll: