Vincianne Scerri

Vincianne Scerri hija illustratriċi Maltija b’ossessjoni għal dak kollu li hu “cute”! U dan – flimkien mal-kultura pop u n-nostalġija – jinfluwenza x-xogħol tagħha. Iggradwat mill-Università ta’ Malta b’Bachelor of Fine Arts (Honours) fid-Digital Arts, liema studju seddaq l-interess tagħha fl-illustrazzjoni, fir-rumanzi viżivi u l-animazzjoni. Riżultat t’hekk, Vincianne taħdem l-aktar b’media diġitali, għalkemm spiss issibha bilqiegħda xi mkien komdu, tħarbex b’mod l-aktar tradizzjonali bil-lapsijiet tal-kulur tagħha … u kikkra te maġenbha. Wieħed mill-passi favoriti tagħha waqt l-illustrazzjoni hu meta tkun qed tagħti l-aħħar irtokki u dettalji, bħalma jistgħu jkunu l-glows, il-highlights, textures, effetti, stilel ċkejknin eċċ …