Noémie Gionet Landry

Noémi Gionet Landry hi artista Kanadiża, imwielda f’belt ċkejkna fil-provinċja ta’ New-Brunswick. Ħajjitha kollha kellha żewġ passjonijiet: il-mediċina u l-arti — sa ma fl-aħħar sabet is-soluzzjoni: tagħmilhom it-tnejn. Fl-illustrazzjonijiet tagħha taħdem kemm b’mod tradizzjonali (b’soft pastels) kemm b’mod diġitali. Għandha tliet kotba għat-tfal ippubblikati, b’ieħor ħiereġ dalwaqt.