Nicole Diacono

Nicole Diacono ilha għall-aħħar ħmistax-il sena taħdem bħala illustratriċi freelance. Ix-xogħol tagħha għandu influwenzi qawwija ta’ manga chibi, anki għaliex il-qarrejja tagħha huma l-aktar tfal żgħar. Nicole tħobb toħloq karattri ispirati min-nies li tara madwarha — u jgħinha l-fatt li bintha żżommha aġġornata bl-istili u l-modi fost iż-żgħar. Ix-xewqa tagħha hi li l-illustrazzjonijiet jixegħlu l-immaġinazzjoni tal-qarrejja — tkun xi tkun l-età tagħhom.