Naomi Gatt

Naomi qattgħet ħafna miż-żgħożija tħażżeż fin-notebooks meta suppost kienet qegħda tieħu n-notamenti l-iskola, imma llum il-ġurnata kuntenta li hi graphic designer u illustratriċi freelance. Meta ma tkunx qed tpinġi, hi u r-raġel iqattgħu l-ħin tagħhom iwaqqfu t-tarbija tagħhom milli ttir minn fuq l-għamara, u jilagħbu logħba wara logħba fetch mal-Morkie tagħhom, Toby. L-idea tagħha ta’ serata memorabbli hi serata d-dar, komda fuq is-sufan b’cocktail f’idha, takeaway (aħjar jekk ikun sushi), serje fuq it-tv (ir-reality series huma d-dnub venjali tagħha) u video games.