Nadine Debattista Briffa

Nadine Debattista Briffa hija artista, illustratriċi u għalliema tal-arti. Bħala artista tħobb tpinġi, l-iżjed ritratti realistiċi u karikaturi b’vena umoristika. L-illustrazzjonijiet tagħha huma versatili ħafna għax taddatta l-istil skont l-età tal-qarrejja, kif ukoll skont il-vena tal-kitba. Tħobb ħafna l-kuluri li jirriflettu l-karattru tagħha. Tħobb ukoll lil art twelidha u fejn tista’ ddaħħal elementi mill-identità Maltija fix-xogħlijiet tagħha. Il-motto tagħha kien u jibqa’ dejjem “l-arti ma xxejħek qatt!” 😊