Mark Scicluna ħajtu jqattagħha jpinġi, josserva u jirrakkonta. Jaħdem bħala illustratur full-time mar-Rockstar Games f’Edinburgh kif ukoll bħala cartoonist tal-aħbarijiet mal-MaltaToday. Ħadem l-illustrazzjonijiet ta’ diversi kotba għat-tfal fosthom is-sensiela Jake Cassar miktuba minn Clare Azzopardi.