Marisa Attard hija artista u illustratriċi. Tħarrġet fl-arti taħt Esprit Barthet, Harry Alden u Anton Calleja. Illustrat ħafna kotba tul il-karriera tagħha, u rebħet darbtejn il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bħala l-Aqwa Illustratriċi ta’ Kotba għat-Tfal. Marisa esibiet xogħlijiet tagħha f’diversi wirjiet kemm waħedha kemm kollettivi.