Julian Mallia
Julian Mallia, magħruf aktar bħala Julinu, huwa illustratur u graphic designer Malti jispeċjalizza f’viżwali maħduma b’dettall u reqqa kbira. Xogħlijiet tiegħu, dejjem interpretazzjonijiet kunċettwali, dehru fuq pjattaformi medjatiċi kemm Malta kif ukoll internazzjonalment, u fl-2016 ingħata premju fil-World Illustration Awards. Ġej oriġinarjament mill-qasam tal-psikoloġija, fejn iggradwa, illum il-ġurnata jgħaqqad media tradizzjonali u diġitali biex joħloq viżwali għall-ambjenti tal-pubblikazzjoni, tar-reklamar kif ukoll editorjali.
