José Luís Ocaña
José Luís Ocaña ħadem fil-qasam tat-3-D computer graphics fir-reklamar u films qosra, li wħud minnhom waslu sa wħud mill-aktar festivals tal-film prestiġġjużi fosthom iċ-Chicago Independent Film Festival, is-San Diego Latino Film Festival, il-Medina Film Festival u l-AEAF l-Awstralja. Preżentement jaħdem bħala illustratur għal bosta pubblikaturi madwar id-dinja fi Spanja, il-Libanu, Malta, Kuwait, l-UAE, iċ-Ċili u l-Messiku, u xogħlu ġie esibit Pariġi, Madrid, Tarragona u Granada.
