Inez Kristina Baldacchino

Inez Kristina (Baldacchino) hija direttriċi tal-animazzjoni, artista tal-komiks u illustratriċi Maltija, preżentement tgħix id-Danimarka. Hija miġbuda lejn ir-riskji kreattivi u temmen li titgħallem kemm tiflaħ billi tintefa’ fi proġett u xogħol. Idderiġiet il-film qasir “Cut It Out” li ntwera f’diversi festivals tal-films qosra internazzjonali, u għamlet ix-xogħol artistiku kollu fuq is-sensiela ta’ sitt komiks Mibdul miktuba minn Teodor Reljić. Inez dejjem tfittex esperjenzi ġodda hi u ssaqqi l-qsari d-dar u tħalli l-aktar videos strambi fuq YouTube iwassluha lejn avventuri strambi.