Frank Schembri

Frank Schembri beda jħarbex u jpinġi sa minn qabel ma tgħallem jikteb. Fil-fatt il-Liċeo kull sena ġie l-ewwel fl-Arti, u b’hekk sab post l-Iskola tal-Arti. U minkejja li mhux l-ewwel darba li żgiċċa minn xi lezzjoni biex imur jinnamra, Frank ġie l-ewwel fl-eżamijiet finali. Ipinġi biż-żejt, bl-ilma u l-pastels u jaħdem anki fl-iskultura. Xogħlijietu huma esibiti f’lukandi u residenzi privati Malta u anki barra mill-pajjiż. Rebaħ għal tliet darbiet il-Premju tal-Aħjar Illustratur tas-Sena waqt il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.