Francesca Grech
Francesca Grech hija illustratriċi u kreattiva bbażata Malta, taħdem kemm fil-media tradizzjonali kemm dik diġitali. F’ħafna mill-illustrazzjonijiet tagħha toħroġ l-influenza qawwija fuq xogħolha tal-fairytales klassiċi għat-tfal. Ħafna mix-xogħol tagħha jiffoka fuq l-iżvilupp tal-karattri u tad-dinjiet immaġinarji. Francesca ggradwat B.A. Fine Arts (Honours) mill-Università ta’ Malta, fejn żviluppat il-ħiliet tagħha fl-animazzjoni u l-illustrazzjoni. Francesca tiddedika ħinha għall-iskeċċjar ta’ ideat għal karattri ġodda u oriġinali, tqatta’ ħafna ħin mal-ħbieb tagħha b’erba’ saqajn u toħloq mix-xejn stejjer ġodda bbażati fuq osservazzjonijiet mill-ħajja ta’ kuljum.
