Emma Galea Naudi

Emma Galea Naudi tgħallmet l-arti tat-tpinġija waħedha, u ilha tħarbex fuq kull rokna li ssib sa minn qabel kienet tgħallmet timxi. Ix-xogħlijiet ta’ Quentin Blake u ta’ Maurice Sendak fetħulha l-bibien tal-kurżità u l-apprezzament tal-illustrazzjoni, u minn hemm bdiet tiffoka fuq l-illustrazzjonijiet għat-tfal. Illum il-ġurnata tqatta’ l-ħin liberu tagħha toħlom u tivvinta karattri kurjużi u tuża palettes ta’ kuluri vibranti biex ittihom il-ħajja.