Deandra Scicluna

Deandra Scicluna dejjem kellha mħabba għall-arti u għar-rakkuntar tal-istejjer f’kull format, u għalhekk li tagħti l-ħajja lill-istejjer tramite l-illustrazzjoni deher ċar li kien id-destin tagħha. Hija studjat l-Arti Diġitali l-Università ta’ Malta u bħalissa taħdem bħala illustratriċi freelance.