Beatrice Costamagna
Beatrice Costamagna hija illustratriċi minn Turin, l-Italja. Tispeċjalizza fl-illustrazzjonijiet ta’ kotba għat-tfal u kotba edukattivi, u ħadmet ukoll fuq ebooks u apps għat-tfal. Meta ma tkunx qed tpinġi, tħobb tisma’ l-mużika (għalkemm il-ġirien tagħha mhumiex daqshekk kuntenti fuq hekk!), iddur id-dinja, tippassiġġa fil-belt għażiża tagħha, tara l-films u s-serje televiżivi, taqra l-kotba, il-comics u magazins mhux tas-soltu. Għandha – għal xi raġuni – attrazzjoni lejn id-dinja “geek”, il-Ġappun u l-qtates. U tħobb – ħafna! – lil Maneki Neko.
