Il-Misteru tal-Aħħar tas-Sena

Għeżież ħbieb u qarrejja,

Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa
Fis-sena l-ġdida nistidnuk tibqa’
Timraħ magħna fil-mergħat tal-impossibbli
Fl-art tal-kliem,
F’art “il-ġenn li jżommni f’sikkti
B’tazza nbid ta’ kuljum
Ngħixu żifna f’xifer irdum
Inqallbu l-paġni ta’ din ħajjitna
Perfettament imperfetta 

Is-sena t-tajba mingħandna lkoll!

— kitba ta’ Antoinette Borg