Ġa t-toroq qed jimtlew b’qargħa ħamra, xemgħat, ħajt tal-brimb u fatati … u dak ifisser biss ħaġa waħda: li qed toqrob Halloween.
Min jaf għaliex festa “tal-biża’” tagħtina tant gost – probabbli għall-istess raġuni li nħobbu naraw il-films tal-orrur jew naqraw xi storja tal-biża’. Speċjalment mat-tfal, il-faxxinu tal-biża’ hu xi ħaġa primordjali. Imma naturalment mat-tfal hemm ftit ta’ problema: kif issibilhom stejjer tal-biża’ imma li ma jmorrux oltre ċertu limitu, u li jibqgħu addattati għalihom.