Is-sensiela Tikka ġiet maħsuba u maħduma apposta biex toffri lill-istudenti u ’l-għalliema tal-klassijiet tal-primarja programm sħiħ fl-erba’ ħiliet tal-lingwa — il-kitba, il-qari, is-smigħ u t-taħdit — kif ukoll fil-grammatika u l-kultura Maltija.
Is-sensiela hija mfassla fil-kuntest tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOF) u timxi pass pass mal-Kurrikulu Nazzjonali.
Hija wkoll l-ewwel sensiela bil-Malti li permezz tagħha l-qari hu llivellat b’mod gradat ħafna biex b’hekk ikunu jistgħu jinkisbu l-ħiliet tal-qari b’mod iktar effiċjenti.
Jekk trid tmur direttament għal-lista tal-kotba kollha fis-sensiela Tikka, issibha hawn.
Is-sensiela hija mqassma hekk:
Tikka Kliem
Dan il-ktieb-vokabolarju jservi bħala għodda għal kull min jaħdem mat-tfal li qed jibdew jitgħallmu l-Malti b’mod aktar formali. Jinkludi 22 stampa-xena. Kull xena fiha 8 kelmiet u hi abbinata ma’ temi f’Tikka Malti 1a u 1b, b’total ta’ 176 kelma.
Kull xena fiha wkoll oġġett stramb jew “mhux f’postu” li jagħti opportunità għal diskussjoni mat-tfal.
Tikka Kliem joffri:
- Iktar opportunitajiet ta’ taħdit bil-Malti
- Introduzzjoni għal Tikka Malti 1a u 1b
- Introduzzjoni għall-karattri ta’ Tikka Qari livelli 1-3
- Iktar opportunitajiet biex it-tfal ifittxu l-kliem f’kull xena
Il-lista tal-kotba kollha fis-sensiela Tikka ssibha hawn.
Tikka Malti
Żewġ workbooks għal kull sena tal-primarja, imqassma tematikament b’temi li jorbtu mal-kurrikulu. Dawn it-temi jiġu indirizzati permezz ta’ eżerċizzji bbażati fuq l-erba’ ħiliet — qari, kitba, taħdit u smigħ — b’użu estensiv ta’ podcasts, u oqsma importanti oħra bħall-grammatika u l-kultura, b’taħlita ta’ siltiet fittizji u mhux fittizji.
Dawn il-workbooks jgħinu lill-istudenti jilħqu l-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim (LOF) li huma mistennija jilħqu f’kull livell.
Kull workbook jinkludi għażla wiesgħa ta’ podcasts kif ukoll riżorsi supplimentari, li kollha jistgħu jitniżżlu b’xejn mill-internet minn kull min juża dawn il-kotba.
Hemm ukoll workbook għall-bidu nett (Tikka Malti l-abċ) biex jgħin lit-tfal jiktbu l-ittri kollha tal-alfabett, kemm dawk żgħar kif ukoll dawk kbar.
Il-lista tal-kotba kollha fis-sensiela Tikka ssibha hawn.
Tikka Qari
Is-sensiela Tikka Qari hija mfassla biex twassal lit-tfal għal qari indipendenti b’mod gradat ħafna. Din is-sensiela tinkludi fiha numru ta’ kotba ta’ livelli differenti ta’ qari. L-għan ta’ sensiela bħal din hu li jgħin lit-tfal jiksbu kunfidenza fil-qari u jsaħħu l-vokabolarju.
Is-sensiela tinkludi wkoll podcasts f’ħafna mil-livelli.
Hemm taħlita ta’ titli fittizji u mhux fittizji, kif ukoll stili ta’ narrazzjoni differenti fosthom il-komik u l-ħrafa.
Kull livell huwa ggradat hekk:
Il-karatteristiċi ta’ Livell 1 huma:
- Tmien paġni f’kull ktieb
- Jinkludi kliem kvkv, kvk
- Jeskludi kliem bl-għ, l-h u l-ie (ħlief vokabolarju minn Tikka Malti)
- Il-kliem kollu b’sillaba waħda jew żewġ sillabi
- Jinkludi vokabolarju minn Tikka Kliem u Tikka Malti 1a
- Jeskludi kliem b’konsonanti li jitilfu l-leħen fil-bidu, fin-nofs u fl-aħħar tal-kelma
Il-karatteristiċi ta’ Livell 2 huma:
- Sittax-il paġna f’kull ktieb
- Jinkludi kliem kvkv, kvk
- Jinkludi kliem sempliċi bl-ie
- Jeskludi kliem bl-għ u l-h (ħlief vokabolarju minn Tikka Kliem u Tikka Malti)
- Il-kliem kollu sa tliet sillabi
- Jinkludi vokabolarju minn Tikka Kliem u Tikka Malti 1a
- Jeskludi kliem b’konsonanti li jitilfu l-leħen fil-bidu, fin-nofs u fl-aħħar tal-kelma (ħlief vokabolarju minn Tikka Malti)
Il-karatteristiċi ta’ Livell 3 huma:
- Sittax-il paġna f’kull ktieb
- Jinkludi kliem bil-bidu kkv
- Jinkludi kliem sempliċi bl-ie
- Jeskludi kliem bl-għ u l-h (ħlief vokabolarju minn Tikka Malti)
- Il-kliem kollu sa erba’ sillabi
- Jinkludi vokabolarju minn Tikka Kliem u Tikka Malti 1a u 1b
- Jinkludi kliem b’konsonanti li jitilfu l-leħen fl-aħħar tal-kelma (eż. sħab)
- Jeskludi kliem b’konsonanti li jitilfu l-leħen fil-bidu u fin-nofs tal-kelma
Il-karatteristiċi ta’ Livell 4 huma:
- Sittax-il paġna f’kull ktieb
- Enfasi fuq il-kliem bl-h fil-bidu u fin-nofs tal-kelma
- Jeskludi kliem bl-h fl-aħħar u maġenb l-għ
- Jeskludi kliem bl-għ (ħlief vokabolarju minn Tikka Malti)
- Jinkludi kliem li jitlef il-leħen fl-aħħar tal-kelma
- Jeskludi kliem li jitlef il-leħen fil-bidu u fin-nofs tal-kelma (ħlief vokabolarju minn Tikka Malti)
- Jinkludi vokabolarju minn Tikka Malti 2a
Il-karatteristiċi ta’ Livell 5 huma:
- Erbgħa u għoxrin paġna f’kull ktieb
- Enfasi fuq il-kliem bl-għ fil-bidu u fin-nofs tal-kelma
- Jeskludi kliem bl-għ fl-aħħar u maġenb l-h
- Jeskludi kliem bl-għu u għi (eż. tiegħu, tiegħi)
- Jinkludi kliem bl-h fil-bidu u fin-nofs tal-kelma
- Jeskludi kliem bl-h fl-aħħar tal-kelma
- Jinkludi kliem li jitlef il-leħen fl-aħħar tal-kelma
- Jeskludi kliem li jitlef il-leħen fil-bidu u fin-nofs tal-kelma
- Jinkludi vokabolarju minn Tikka Malti 2a
Il-karatteristiċi ta’ Livell 6 huma:
- Erbgħa u għoxrin paġna f’kull ktieb
- Enfasi fuq il-kliem bl-għ fl-aħħar tal-kelma
- Enfasi fuq kliem bl-h fl-aħħar tal-kelma
- Enfasi fuq kliem bl-għ u l-h ħdejn xulxin
- Jinkludi kliem bl-għu u għi (eż. tiegħu, tiegħi)
- Jinkludi kliem li jitlef il-leħen fil-bidu, fin-nofs u fl-aħħar tal-kelma
- Jinkludi vokabolarju minn Tikka Malti 2b
Il-karatteristiċi ta’ Livell 7 huma:
- Erbgħa u għoxrin paġna f’kull ktieb
- Jinkludi temi minn Tikka Malti 3a jew ispirati minnhom
- Testi ta’ bejn 700 u 750 kelma
- Testi b’sentenzi iżjed kumplessi
Il-karatteristiċi ta’ Livell 8 huma:
- Tnejn u tletin paġna f’kull ktieb
- Jinkludi temi minn Tikka Malti 3a jew ispirati minnhom
- Testi ta’ bejn 800 u 900 kelma
- Testi b’sentenzi iżjed kumplessi
Il-karatteristiċi ta’ Livell 9 huma:
- Tnejn u tletin paġna f’kull ktieb
- Jinkludi temi minn Tikka Malti 3b jew ispirati minnhom
- Testi ta’ bejn 1,000 u 1,100 kelma
- Stejjer u testi iżjed kumplessi
- Introduzzjoni ta’ kapitli qosra u paragrafi
- Introduzzjoni ta’ stili ta’ narrattiva ġodda inkluż il-komik
Il-karatteristiċi ta’ Livell 10 huma:
- Tnejn u tletin paġna f’kull ktieb
- Testi ta’ bejn 1,350 u 1,500 kelma
- Stejjer u testi iżjed kumplessi
- B’kapitli qosra u paragrafi
Il-karatteristiċi ta’ Livell 11 huma:
- Tnejn u tletin paġna f’kull ktieb
- Testi ta’ bejn 1,600 u 1,700 kelma
- Stejjer u testi iżjed kumplessi
- B’kapitli qosra u paragrafi
- Introduzzjoni ta’ stili ta’ narrattiva ġodda inkluża l-ħrafa
Il-karatteristiċi ta’ Livell 12 huma:
- Tmienja u erbgħin paġna f’kull ktieb
- Testi ta’ bejn 2,000 u 2,500 kelma
- Stejjer u testi iżjed kumplessi
- Stejjer fittizji f’sitt kapitli u stejjer oħra mhux fittizji
Il-karatteristiċi ta’ Livell 13 huma:
- Tmienja u erbgħin paġna f’kull ktieb
- Testi ta’ bejn 2,500 u 3,000 kelma
- Stejjer u testi iżjed kumplessi
- Stejjer fittizji fi tmien kapitli u stejjer oħra mhux fittizji
Il-karatteristiċi ta’ Livell 14 huma:
- Erbgħa u sittin paġna f’kull ktieb
- Testi ta’ madwar 5,000 kelma
- Stejjer u testi iżjed kumplessi
- Stejjer fittizji f’seba’ kapitli
Il-karatteristiċi ta’ Livell 15 huma:
- Tmenin paġna f’kull ktieb
- Testi ta’ madwar 6,000 kelma
- Stejjer u testi iżjed kumplessi
- Stejjer fittizji f’għaxar kapitli
Il-lista tal-kotba kollha fis-sensiela Tikka ssibha hawn.
Tikka Poeżija
Kull ktieb huwa ġabra ta’ poeżiji għat-tfal u fih taħlita ta’ poeżiji klassiċi u popolari, flimkien ma’ oħrajn miktuba apposta minn kittieba kontemporanji.
Tikka Poeżija għall-ewwel u t-tieni sena
b’temi minn Tikka Malti 1a, 1b, 2a u 2b
Tikka Poeżija għat-tielet u r-raba’ sena
b’temi minn Tikka Malti 3a, 3b, 4a u 4b
Tikka Poeżija għall-ħames u s-sitt sena
b’temi minn Tikka Malti 5a, 5b, 6a u 6b
Il-kotba kollha fis-sensiela Tikka u t-tqassim tagħhom:
Għall-ewwel sena:
Tikka Malti l-abċ
Tikka Malti 1a u 1b
Papà! Mamà! Livell 1, fittizju
Qum! Livell 1, fittizju
Rota jew ballun? Livell 1, fittizju
Fejn mar Pippi? Livell 1, fittizju
L-annimali ta’ Ġanni Livell 2, fittizju
Il-Ħadd id-dar tan-nanna Livell 2, fittizju
Il-ġelat Livell 3, fittizju
Ħafna ikel Livell 3, mhux fittizju
X’se nilbes? Livell 3, mhux fittizju
Is-Simar Livell 3, mhux fittizju
Għat-tieni sena:
Noli Livell 4, fittizju
Aqrali storja Livell 4, fittizju
Kemm nixtieq Livell 5, fittizju
Għand tal-forn Livell 5, mhux fittizju
Qed nikber Livell 5, mhux fittizju
Agħlaq għajnejk Livell 6, mhux fittizju
Ħaġa moħġaġa Livell 6, mhux fittizju
Mid-djarju ta’ Tina Livell 6, fittizju
Għat-tielet sena:
Dar ġdida għal Ġużi Livell 7, fittizju
Ir-raġel tal-mantell iswed Livell 7, fittizju
Għand tan-naħal Livell 7, mhux fittizju
Enya l-aljena: Reġina b’kumbinazzjoni Livell 7, fittizju
Strumenti minn madwar id-dinja Livell 8, mhux fittizju
Insalvaw u nipproteġu Livell 8, mhux fittizju
Super Nina Livell 9, komik, fittizju
Il-misteru tal-arloġġ, l-ewwel parti Livell 9, fittizju
Il-marda tal-plastik Livell 9, mhux fittizju
Għar-raba’ sena:
Il-misteru tal-arloġġ, it-tieni parti Livell 10, fittizju
Fil-klinika tal-annimali Livell 10, mhux fittizju
Avventura abbord Livell 10, fittizju
Mill-istorja tal-futbol Malti Livell 11, mhux fittizju
Alfons u s-seħer ta’ Narwal Livell 11, fittizju
Għall-ħames sena:
Il-lanċa tal-irmonk Livell 12, mhux fittizju
L-istorja ta’ Seb it-Tieni (u ta’ Seb l-Ewwel ukoll) Livell 12, fittizju
It-tifel li salva d-dinja Livell 12, fittizju
Romilda u Rodolfo Livell 13, fittizju
Il-leġġenda ta’ Robin Hood u Marian Livell 13, fittizju
Nicky Farrugia: Ir-raġel tal-ħadid Livell 13, mhux fittizju
Għas-sitt sena:
Tikka Malti 6a u 6b
Il-mostru tal-bajja tal-Ġnejna Livell 14, fittizju
Stellini kursar Malti Livell 14, fittizju
Tara Frendo fuq il-pjaneta Sturja Livell 15, fittizju
It-tim
Edituri tas-sensiela Tikka: Clare Azzopardi u Rachel Portelli
Awturi ta’ Tikka Malti: Clare Azzopardi u Leanne Ellul
Illustratriċi ta’ Tikka Malti: Erin Taylor
Awturi tal-kotba Tikka Qari:
Clare Azzopardi, David Aloisio, Simon Bartolo, Antoinette Borg, Mark Camilleri, Leanne Ellul, Audrey Friggieri, Rachel Portelli, Karl Schembri, Kenneth Scicluna
Awturi tal-kotba Tikka Poeżija:
Clare Azzopardi, David Agius Muscat, Antoinette Borg, V. Busuttil, Charles Casha, Antoine Cassar, Carmel G. Cauchi, Anastasju Cuschieri, Leanne Ellul, Mary R. Ellul, Claudia Gauci, Elizabeth Grech, Adrian Grima, Bro. Henry, Dun Karm, Mary Meylak, Immanuel Mifsud, Nadia Mifsud, Pawlu Mifsud, Joseph Sciberras, Kenneth Scicluna, Noel Tanti, Loranne Vella, Trevor Żahra, Sherise Zammit
Illustraturi tal-kotba Tikka Qari u Poeżija:
Moira Scicluna Zahra, Elaine Bugeja (fotografija), Nicole Diacono, Noémie Gionet Landry, Maxime LeBrun, José Luís Ocaña, Pierre Portelli (fotografija), Alice Samuel, Kenneth Scicluna (fotografija), Romont Willy