Bħala parti mill-impenn tagħna biex nagħmlu l-letteratura Maltija aċċessibbli bl-aktar mod mifrux possibbli, qed nagħmlu ħilitna biex kemm jista’ jkun mill-pubblikazzjonijiet tagħna jkunu aċċessibbli għal qarrejja b’impedimenti marbuta mal-qari — dejjem fil-limitazzjonijiet tad-drittijiet tal-copyright.
Għażla ta’ kotba għat-tfal ippubblikati mill-Merlin huma disponibbli f’format awdjo, parti mill-proġett Isma’ l-Ktieb ko-finanzjat mill-Premju tal-President għall-Kreattività. Dawn it-titli huma aċċessibbli mingħajr ħlas f’format MP3 għal kull tifel/la b’impedimenti marbuta mal-qari. Jekk it-tifel/la j/tikkwalifika, ikkuntattjana fuq [email protected] għal aktar informazzjoni.
Ġenituri jew gwardjani ta’ studenti b’impedimenti marbuta mal-qari jistgħu jikkuntattjawna fuq [email protected] għax uħud mill-kotba għall-iskejjel ippubblikati minna huma disponibbli f’formati aċċessibbli.