Bħal-lum tmien snin ilu

Bħal-lum tmien snin ilu, tliet xabbaturi Maltin niżżlu isimhom fl-istorja ta’ Malta. Saru l-ewwel Maltin li laħqu l-ogħla quċċata tad-dinja: l-Everest. Marco Cremona, Gregory Attard u Robert Gatt dakinhar għamlu dak li ħafna kienu jaħsbu impossibbli għal nies imrobbija fi gżira mingħajr muntanji.

Dan il-video qasir juri ftit mill-esperjenza unika li għexu:

© Challenge8000

L-avventura inkredibbli tagħhom hi rrakkuntata minn Marco Cremona, flimkien ma’ Glen Calleja, fil-ktieb Sal-quċċata tal-Everest. Jekk għadek ma qrajtux, mela veru ta’ min taqrah.

Kull min qrah stqarr li, wara ovvjament li tesperjenza l-muntanja personalment, dal-ktieb hu l-aqwa mod kif tifhem dak kollu li għaddew minnu fis-snin u xhur ta’ preparamenti kif ukoll waqt it-triq lejn il-quċċata.