Wayne Flask, awtur u satirist, in-nofs moħħ wara Satiristan u aktar tard Leħen id-Dnewwa, iddebutta ġewwa t-Teatru Manoel bid-dramm Sibna ż-Żejt! (2015). Wara li wiegħed lilu nnifsu li qatt ma jtenni l-esperjenza teatrali, ippubblika l-ewwel rumanz tiegħu, Kapitali (2017). Fost l-influenzi tiegħu hemm Irvine Welsh, Frankie Boyle u Armando Iannucci. Fuq il-komodina ħdejn is-sodda, iżomm statwetta tal-attur Taljan Corrado Guzzanti. Tistaqsuhx għala.