Vincent Vella huwa kittieb ta’ rumanzi, novelli u drammi sew bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Xogħlijiet tiegħu ta’ drama ttellgħu fit-Teatru Manoel, l-Università u fiċ-Ċentru ta’ Kreattività. Fi tliet okkażjonijiet rebaħ il-premju għall-Ewropa fil-BBC World Service and British Council International Radio Playwriting Competition, bid-dramm Ernesto Panza jixxandar fuq il-BBC World Service. Ir-rumanz Slippery Steps u l-ktieb tad-drammi Bagalja Ħolm rebħu l-Premju Letterarju tal-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb. Ġabra ta’ novelli tieghu ġiet ippubblikata s-Slovenja.