Victor Fenech studja l-Liċeo, l-Università ta’ Malta u l-Istitut tal-Università ta’ Londra fejn stħarreġ fil-kitba u l-produzzjoni tal-kotba. L-aktar għal qalbu hi l-poeżija, kif jixhed il-ktieb ‘Victor Fenech – Il-Poeżiji’. Dis-sena ħareġ ukoll flimkien ma’ Luciano Micallef il-ktieb ‘Journey – Writings and Artworks’. Hu l-kittieb tas-serje ta’ kotba Id-Denfil għall-iskejjel primarji u għamel s-snin twal bħala editur ta’ Sagħtar, il-ġurnal maħruġ mill-Malta Union of Teachers għall-istudenti kollha. Rebbieħ bosta drabi tal-Premju Letterarju mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, fosthom għaż-żewġ traduzzjonijiet ‘Il-Profeta’ u ‘Old Folk Tales of the Maltese Islands’. Minbarra l-kotba iħobb il-mużika, l-arti, il-futbol u ċ-ċinema.