Merlin Publishers

Tony Pace

Tony Pace għallem fi skejjel primarji u sekondarji qabel sar uffiċjal edukattiv fl-2008. Flimkien ma’ martu Joan, kiteb fost l-oħrajn is-sensiela Merlin English, Malti u Maths. L-hena tiegħu jippassiġġa fil-kampanja u jikkomponi l-mużika, u jemmen li l-kreattività hi vjaġġ spiritwali. Wara l-mewt ta’ martu fl-2013, iddeċieda li jsegwi l-kors ta’ formazzjoni għall-Ordni Sagri u fl-2020 sar saċerdot. Dun Tony Pace ħalla din id-dinja fl-2024.

KOTBA

Ix-xirja Agħlaq