Suzanne tgħix ħajja doppja — għalliema binhar u kantanta meta jidlam. Temmen li l-massimu fil-ħajja meta tqatta’ iżjed ħin taqra, tivvjaġġa, tfittex l-avventura, tmur ġirjiet mal-kelb u tara x-xemx nieżla … u inqas ħin moħli fl-affarijiet ta’ rutina. Suzanne għandha passjoni għal-letteratura u t-tagħlim, u tħobb taħtaf sfidi ġodda meta jitfaċċaw quddiemha.