Stephan Mifsud jgħix ma’ martu Josette, iż-żewġt ibniet tagħhom, rottweiler gustuż, pappagall perikoluż u numru ġmielhom ta’ Vertebrata oħra. Il-professjoni tiegħu hi ta’ bijoloġist, b’interess abnormali fil-pjanti bizzarri u annimali estinti, u faxxinu eżaġerat għall-mostri u kreaturi ħolqien ta’ moħħ il-bniedem fil-mitoloġija u l-fantasija. Sfortunatament il-ħin li jqatta’ jkun għaddas, pittur, ġardinar, riċerkatur u appassjonat tal-video games ftit li xejn iħallilu ħin għall-passjoni l-oħra tiegħu: il-kitba.