Sharon Micallef Cann tgħallem il-Malti fl-Iskola Ewropea ta’ Brussell. Awtriċi ta’ 1.mt Xogħol għad-Dar, ta’ 2.mt Xogħol għad-Dar, ta’ 3.mt Xogħol għad-Dar u ta’ 4.mt Xogħol għad-Dar. Hija kordinatriċi u editriċi ta’ bosta proġetti fl-iskejjel. Fl-2011, sa qabel ma marret Brussell, kienet inħatret bħala Kap tad-Dipartiment tal-Malti mal-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn ħadmet fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwa Maltija ma’ studenti li għandhom il-Malti bħala l-ewwel lingwa, kif ukoll ħadmet fil-qasam tat-tagħlim tal-Malti bħala Lingwa Barranija ma’ studenti li għalihom il-Malti mhuwiex l-ewwel lingwa.