Merlin Publishers

Sarah Cachia

Sarah Cachia magħrufa l-aktar bħala omm it-Titanium Man, Jacob. Fl-2013 kienet ko-fundatriċi tas-sapport group Survivors Malta flimkien ma’ binha, li dak iż-żmien kellu 15-il sena u li kien għadu kif beda jirkupra minn marda serja. Minn hemm indunat li meta taqsam l-istorja tiegħek tkun qed tgħin lilek innifsek u lil ħaddieħor, u minn hemm għaddiet biex, flimkien ma’ Kristina Chetcuti, kitbet il-ktieb Jacob: My Titanium Man. Sarah dejjem għandha xi ħaġa xi tgħid u x’tikteb, biex tispira u timmotiva lil kull min ikollu bżonn. Miżżewġa lil Sammy u omm ukoll ta’ Chloe u l-kelb Peanut, il-pożittività ta’ Sarah toħroġ minn kull kelma li tgħid.

KOTBA

Ix-xirja Agħlaq