Xi snin ilu, Rachel Portelli refgħet u telqet mill-karriera ta’ fiżjoterapista l-isptar biex tfittex xogħol iżjed kreattiv. Il-kreattività sabitha fid-dinja tal-kotba. U minn dakinhar, kif jgħidu, qatt ma ħarset lura.
Fost il-ħafna rwoli li kopriet s’issa, kien hemm l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet tal-kotba għall-tfal, konsulenza fuq kotba tal-iskola, kordinazzjoni tal-maġġorparti mill-kotba tal-iskola ppubblikati mill-Merlin, u anki kitba u addattamenti għall-Malti ta’ testi għaċ-ċkejknin nett. Rachel hija l-oażi ta’ kalma x-xogħol, possibbilment riżultat tal-ħiliet organizzattivi tagħha … jew inkella ġejja mill-imħabba tagħha għall-ġardinaġġ.