Nathalie Grima għandha Masters fis-Soċjoloġija mill-Università ta’ Malta. Ir-riċerka tagħha ffukat fuq it-transnazzjonaliżmu politiku fost ir-residenti barranin ġewwa Malta, li huma migranti tal-ewwel ġenerazzjoni minn pajjiżi Nord-Afrikani u tal-Lvant Nofsani. Preżentement qed taħdem mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali bħala aġent għall-iżvilupp reġjonali tal-LEAP tar-reġjun tat-Tramuntana. Tħobb issiefer lejn bnadi fejn tista’ tiskopri u tgawdi esperjenzi kulturali differenti.