Tħobbu u tibża’ minnu l-kliem, Nadia Mifsud. Tħobbu għax il-bżonn tiegħu nibet fiha minn żgħira – it-tort t’ommha li kienet tixtrilha l-kotba minflok ħelu. Tibża’ minnu għax il-kliem ta’ rasu. Tmur biex tikteb rumanz u minflok toħroġ poeżija. Jew bil-maqlub. Kultant, minn din id-diżordni, titwieled pubblikazzjoni: żugraga (2009), kantuniera ’l bogħod (Edizzjoni Skarta, 2015), Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Merlin, 2017).